Kimi Antonelli se jkollu jistenna sat-12 ta’ Diċembru biex jirċievi t-trofew tal-kampjonat tad-dinja tal-Formula 1, minkejja li għamel l-istorja bħala l-iżgħar sewwieq li qatt rebaħ it-titlu, fl-età ta’ 20 sena.
Is-sewwieq tal-Mercedes kiseb il-kuruna mondjali wara li temm fit-tielet post fil-Grand Prix tal-Belt tal-Messiku. Madankollu, l-FIA ma laqgħetx it-talba tal-Formula 1 biex it-trofew jingħata minnufih waqt iċ-ċelebrazzjonijiet.
L-organu governattiv tal-isport se jibqa’ jsegwi t-tradizzjoni li jippreżenta t-trofew waqt iċ-ċerimonja annwali tal-premjazzjoni, li din is-sena se ssir f’Shanghai, fiċ-Ċina.
B’hekk, Antonelli se jirċievi t-trofew tant mixtieq sitt ġimgħat wara li assigura t-titlu … hekk kif fadal erba’ tiġrijiet għat-tmiem.




