Monday, May 13, 2024

F’pajjiżna, hawn mal-105 persuni b’liċenzja ta’ gwardjan privat li jaħdmu f’postijiet ta’ divertiment

Aqra wkoll

Sabiex persuna tikkwalifika għal-liċenzja ta’ gwardjan privat f’postijiet ta’ divertiment, ikollha bżonn li turi li kienet fil-pussess ta’ liċenzja ta’ Gwardjan Privat għall-ħames snin, sakemm din ma tkunx persuna li tkun għamlet perjodu ta’ servizz mal-pulizija, jew mal-forzi armati, jew mas-servizzi tal-ħabs, f’Malta jew barra minn Malta.

L-istess persuna tkun meħtieġa li tippreżenta ċertifikat li attendiet kors għal dan il-għan. Barra minn dan jsiru verifiki fuq kull persuna li tapplika għal tali impjieg.

Qal dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg fejn ippreżenta wkoll tagħrif dwar in-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalitajiet differenti, li għandhom din il-liċenzja. 

B’kollox jirriżulta li hawn 105 persuni li għandhom din it-tip ta’ liċenzja, bl-akbar ammont ikunu Maltin (75). Dawn kienu segwiti minn tmien persuni ta’ nazzjonalità Serba, ħamsa oħra mill-Maċedonja, erbgħa min-Nepal, tlieta mir-Renju Unit u tlieta mill-Italja fost oħrajn.

Sport