Wednesday, July 24, 2024

L-Iżrael issalva żewġ ostaġġi f’Rafah

Aqra wkoll

L-Iżrael ħabbar li ġew salvati żewġ ostaġġi f’Rafah, belt li tinsab fin-naħa t’isfel ta’ Gaża, fejn il-Ministeru tas-Saħħa mmexxi mill-Ħamas qed jgħid li 52 Palestinjan, fosthom tfal, inqatlu f’attakki mill-ajru.

Il-militar ta’ Iżrael qal li ż-żewġt irġiel jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. Sadanittant, is-Soċjetà Red Crescent tal-Palestina qalet li Rafah kien taħt attakk, b’numru ta’ mwiet irrappurtati.

Dan isegwi twissijiet mill-komunità internazzjonali dwar l-offensiva ppjanata ta’ Iżrael f’din il-belt. Iżrael qal li kien wettaq attakki fin-Nofsinhar ta’ Gaża, mingħajr ma pprovda dettalji.

Fi stqarrija aktar tard fuq il-midja soċjali, il-Forzi tad-Difiża tal-Iżrael (IDF) qalu li matul il-lejl “operazzjoni konġunta bejn l-IDF, l-ISA [l-Aġenzija tas-Sigurtà ta’ l-Iżrael jew Shin Bet], u l-Pulizija ta’ l-Iżrael, żewġ ostaġġi Iżraeljani mill-Kibbutz Nir Yitzhak ġew salvati. Dawn huma Fernando Simon Marman (60) u Louis Har (70)”. 

L-ostaġġi li ġew salvvati ttieħdu fiċ-Ċentru Mediku ta’ Sheba għal aktar testijiet. L-IDF poġġiet filmati bil-lejl ta’ ħelikopter li jinżel f’post mhux speċifikat. Mhux ċar jekk l-irġiel kinux abbord.

Il-Ministru tad-Difiża Yoav Gallant iddeskriva l-operazzjoni ta’ salvataġġ bħala “impressjonanti” filwaqt li żied jgħid: “Se nkomplu nwettqu l-impenn tagħna li nirritornaw lil dawk maħtufa, b’kull mod.”

Ekonomija

Sport