Wednesday, April 24, 2024

F’Pariġi mil-lum se jidħlu fis-seħħ miżuri stretti minħabba l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mil-lum f’Pariġi se jkunu qegħdin jingħalqu l-ħwienet tax-xorb kollha, dan wara li l-Gvern Franċiż żied l-allarm għall-massimu wara n-numri għolja ta’ infezzjonijiet li bdew jiġu rrapportati f’aħħar jiem.
Il-kap tal-pulizija tal-kapitali Franċiża qal li mil-lum ħwienet tax-xorb, pixxini u ċentri sportivi se jkunu qegħdin jingħalqu u se jibqgħu hekk għal ġimagħtejn. Iżda minkejja dan, ir-restoranti se jibqgħu miftuħin u se jkunu segwiti regoli stretti ta’ iġjene.
Matul il-ġurnata tal-Ħadd li għadda Franza rrapportat 12,565 każ ta’ Covid-19. Fid-dawl ta’ dan, il-kap tal-pulizija Didier Lallement f’konferenza tal-aħbarijiet li ta lbieraħ qal li l-aħħar sett ta’ miżuri qegħdin jiddaħħlu minħabba li l-epidemija qiegħda tinfirex b’ritmu mgħaġġel ħafna. Huwa tenna li jeħtieġ li tittieħed azzjoni immedjata ħalli din titnaqqas u b’hekk ma jkunx hemm stress kbir fuq is-sistema tas-saħħa.
L-aħħar ċifri qed juru li r-rata ta’ infezzjoni trażmessa lokalment qa- bżet il-250 għal kull 100,000 persuna. Fil-preżent hemm minn tal-inqas 30% tas-sodod tal-kura intensiva riservati għall-pazjenti tal-Covid-19. L-uffiċjali tas-saħħa qalu li fil-preżent hemm 203 gruppi separati ta’ Covid-19 imferrxa ma’ Pariġi.

Sport