Wednesday, July 24, 2024

Francesco Acerbi jitlaq lit-tim nazzjonali Taljan wara allegazzjoni ta’ razziżmu

Aqra wkoll

Id-difensur internazzjonali Taljan Francesco Acerbi ħalla l-kamp ta’ taħriġ li kienu għaddejjin bih it-tim nazzjonali Taljan taħt il-gwida tal-kowċ Luciano Spalletti hekk kif qed jiġi akkużat li għajjar b’mod razzist lill-plejer ta’ Napoli Juan Jesus. Dan kollu seħħ waqt il-logħba li Inter lagħbu kontra Napoli li spiċċat fi draw ta’ 1-1.

Il-plejer ta’ 36 sena ġie mgħajjat minn Spalletti għal-logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Venezwela u l-Ekwador iżda wara din l-allegazzjoni, hu kellu jitlaq mit-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Postu ħadu Gianluca Mancini ta’ Roma.

Ekonomija

Sport