Wednesday, July 24, 2024

Francesco Acerbi se jiġi investigat dwar kumment razzist lejn Juan Jesus

Aqra wkoll

Il-Prosekutur tal-FIGC, Giuseppe Chine, se jorganizza laqgħat ma’ Francesco Acerbi u Juan Jesus bħala parti minn investigazzjoni dwar l-avvenimenti li seħħew waqt id-draw ta’ 1-1 bejn Inter u Napoli fis-Serie A nhar il-Ħadd.

X’ġara bejn Acerbi u Juan Jesus?

Acerbi ġie akkużat minn Juan Jesus li uża allegat terminu razzist waqt konfront, fis-Satdio Giuseppe Meazza f’San Siro.

Id-difensur ta’ Napoli inizjalment ‘ħafer’ lill-kontroparti tiegħu tan-Nerazzurri għar-rimarki tiegħu, filwaqt li Acerbi sostna li ma kellu l-ebda intenzjoni degradanti, dispreġġjanti jew razzista fil-konfront tiegħu.

Acerbi saħaq li ma użax lingwaġġ razzist lejn Juan Jesus, li wassal lill-Brażiljan biex itella’ post fuq Instagram fejn qasam l-esperjenza u qal il-verżjoni tiegħu dwar dan l-avveniment.

Acerbi tneħħa mill-iskwadra tat-team nazzjonali Taljan mill-coach Luciano Spalletti għall-partiti ta’ ħbiberija kontra l-Venezwela u l-Ekwador wara l-inċident tal-Ħadd.

Rapporti qed isostnu li Acerbi jista’ jiffaċċja sospensjoni mis-Serie A ta’ 10 logħbiet jekk jinstab li qed jikser l-Artikolu 28 tal-Kodiċi tal-Ġustizzja Sportiva.

Sabiex l-awtoritajiet jaslu għal konklużjoni, l-ewwel ikollhom iwettqu l-investigazzjoni tagħhom stess. Il-Prosekutur tal-FIGC, Chine, se jagħmel laqgħat kemm ma’ Acerbi kif ukoll ma’ Juan Jesus.

Ekonomija

Sport