Wednesday, July 24, 2024

Manchester United iridu lill-coach Gareth Southgate

Aqra wkoll

Sir Jim Ratcliffe għamel lil Gareth Southgate l-għażla numru wieħee tiegħu biex jieħu post Erik ten Hag bħala l-coach ta’ Manchester United dan is-sajf.

L-investitur tal-United, Ratcliffe qed isir aktar kunfidenti li jista’ jħajjar lill-coach tal-Ingilterra lejn Old Trafford.

Il-kuntratt tiegħu jispiċċa f’Diċembru li ġej u l-FA Ingliża qed tagħmel dak kollu possibbli biex Southgate jġedded il-kuntratt tiegħu.

Iżda l-istess Southgate rrifjuta li jiddiskuti l-futur tiegħu sa wara l-Euro 2024 fil-Ġermanja.

F’każ li t-tweġiba tiegħu tkun fil-pożittiv, il-United ikunu jridu jħallsu  madwar £800,000 f’kumpens għal Southgate – u jixtieq deċiżjoni mingħandu aktar kmieni, sabiex ikun jista’ jippjana għall-istaġun li jmiss u lil hinn.

Ekonomija

Sport