Monday, May 20, 2024

Franck Ribery viċin li jingħaqad ma’ Salernitana bi free transfer

Aqra wkoll

Franck Ribery jinsab viċin li jingħaqad ma’ Salernitana bi free transfer.

Il-Franċiż qatta’ żewġ staġuni ma’ Fiorentina, iżda l-kuntratt tiegħu skada f’Ġunju li għadda, allura l-ex player ta’ Bayern Munich issa huwa disponibbli bħala free agent.

Il-Granata jinsabu viċin li jilħqu ftehim mal-player ta ’38 sena.

Il-club tas-Serie A li għadu kemm ġie promossa kien irrappurtat li offra lil Ribery ftehim ta’ sena li jiswa €1.5m flimkien ma’ bonuses.

Hellas Verona kienu għamlu wkoll offerta kuntrattwali lil Ribery, iżda l-Franċiż jidher lest li jingħaqad mal-club immexxi minn Fabrizio Castori.

Salernitana bdew l-istaġun tagħhom fis-Serie A b’żewġ telfiet kosnekuttivi kontra Bologna u Roma. Huma se jilagħbu kontra Torino barra minn darhom fit-12 ta’ Settembru wara l-waqfa internazzjonali.

Ribery ingħaqad ma’ Fiorentina bi free transfer mingħand Bayern Munich fl-2019 u skorja ħames goals f’50 dehra mal-Viola. Issa huwa disponibbli bħala free agent, u għalhekk jista’ jingħaqad ma’ club ġdid anke jekk it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf għalqet fil-31 ta’ Awwissu.

Sport