Tuesday, April 30, 2024

Miralem Pjanic jingħaqad ma’ Besiktas b’self mingħand Barcelona

Aqra wkoll

L-ex midfielder ta’ Juventus u Roma, Miralem Pjanic ingħaqad ma’ Besiktas b’self mingħand Barcelona.

Il-player ta’ 31 sena kien ġie marbut ma’ ritorn ma’ Juventus matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, iżda Barcelona ma ridux iħallsu parti mis-salarju tiegħu.

Besiktas issa ħabbru l-iffirmar tal-ex stilla ta’ Juventus u Roma b’self sa tmiem l-istaġun, iżda l-club Tork se jħallas biss €2.7m mis-salarju tiegħu ta’ €8m fis-sena.

Qabel għeluq it-tieqa tat-trasferimenti, Pjanic sostna li ried jirritorna ma’ Juventus iżda ma kienx ċert dwar tmiem pożittiv tan-negozjati mal-Bianconeri.

Huwa kien telaq mill-Allianz Stadium fis-sajf tal-2020 fi ftehim ta’ tpartit ma’ Arthur.

Besiktas m’għandhomx għażla li jagħmlu t-trasferiment tal-player wieħed permanenti, allura Pjanic se jkun qed jirritorna ma’ Barcelona fl-aħħar tal-istaġun.

Il-kuntratt tiegħu mal-ġganti Spanjoli jiskadi f’Ġunju 2024.

Sport