Friday, April 19, 2024

Frank Thomas irid li l-programm tal-Premier League jiġi pospost

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Brentford, Thomas Frank, talab li l-partiti tal-Premier League Ingliż ta’ tmiem il-ġimgħa li ġej jiġu posposti minħabba każi tal-Covid-19 hekk kif l-iskwadra tiegħu hija l-aktar milquta. 

F’konferenza stampa li saret il-Ħamis filgħodu, Frank għamel appell lill-Football League biex il-programm ta’ nhar is-Sibt u l-Ħadd ma jintlagħabx għax jemmen li l-każijiet pożittivi qed jiżdidu aktar fost il-players, tant, li matul il-lejl li għadda, erba’ players oħra nstabu pożittivi biex issa t-total fl-iskwadra tela’ għal 13. 

Frank inizjalment qal lill-ġurnalisti li t-total kien ta’ disgħa iżda kellu jaġġorna lil dawk li attendew li l-virus reġa’ nfirex.

Nhar it-Tlieta li għadda, Brentford kellhom jilagħbu kontra Manchester United liema partita ġiet imħassra minħabba li ż-żewġ naħat kellhom players pożittivi. Il-partita ta’ nhar l-Erbgħa bejn Burnley u Watford ukoll ġiet posposta minħabba l-istess raġuni. 

U issa d-Daniż qed jitlob miżuri drastiċi u jixtieq jara waqfa fil-logħob għax jemmen li l-każijiet se “jisplodu”. 

Sport