Tuesday, April 23, 2024

Franza jimmiraw għat-tielet rebħa minn daqstant partiti

Aqra wkoll

Minn Grupp D, fl-4.00 pm, Franza jimmiraw  għal rebħa oħra biex jiksbu punti massimi f’din il-Fażi tal-Gruppi. It-Tuneżija jidħlu f’din il-logħba wara telfa ta’ 1-0 kontra l-Awstralja u s’issa għadhom iridu jiskurjaw f’din l-edizzjoni.

Jeħtieġ li jirbħu l-aħħar logħba tagħhom biex ikollhom iċ-ċans li jaslu sar-round tal-Aħħar 16 u jittamaw li l-Awstralja u d-Danimarka itemmu l-konfront ta’ bejniethom fi draw.

Franza kienu l-ewwel team li kkwalifika għar-Round tas-16 meta fl-aħħar logħba tagħhom għelbu lid-Danimarka bl-iskor ta’ 2-1, b’Kylian Mbappe jiskorja ż-żewġ goals għat-team tiegħu. Draw jkun biżżejjed biex jarahom fil-quċċata tal-grupp.

Il-Franċiżi skorjaw sitt goals fiż-żewġ logħbiet tal-grupp tagħhom u bit-Tuneżija jitħabtu biex jiskorjaw, teżisti possibbiltá kbira li din il-partita tispiċċa f’rebħa għal Franza.

It-Tuneżija m’għandhom l-ebda problemi ta’ players imweġġgħin, filwaqt li għal Franza Lucas Hernandez se jitlef il-kumplament tal-istaġun minħabba li sofra injury fil-ligamenti tal-irkoppa fejn kien qed jikkunsidra li ta’ 26 sena jirtira kompletament mil-logħba.

Sport