Tuesday, May 14, 2024

Franza tippjana li tipprojbixxi l-vapes

Aqra wkoll

Il-vapes li jintremew (disposable vapes) se jkunu pprojbiti fi Franza u dan bħala parti minn pjan nazzjonali ġdid għal kontra t-tipjip. Qalet dan il-Prim Ministru Élisabeth Borne matul il-jum tal-Ħadd.

Waqt li kienet qiegħda titkellem mal-RTL, hija qalet li l-Gvern Franċiż għaddej bl-aħħar tħejjijiet qabel jippreżenta l-Baġit 2024, li dan se jinkludi fih pjan biex jonqos it-tipjip, li fi kliemha huwa l-kawża ta’ 75,000 mewt fis-sena fil-pajjiż. 

Borne żiedet tgħid li l-pjan ma kienx se jinkludi żieda oħra fit-taxxa fuq is-sigaretti iżda li “dan ma jfissirx li m’għandniex inkunu viġilanti dwar il-konsum tat-tabakk.”

It-tħassib ewlieni tagħha huma l-vapes li jintremew, magħrufa bħala “puffs” fi Franza, u li qed jintużaw ukoll minn adoloxxenti. 

Diversi pajjiżi Ewropew diġà qed jaħsbu biex iwaqqfuhom. Il-bejgħ online ta’ dawn il-vapes huwa pprojbit fil-Belġju u għaddejja konsultazzjoni nazzjonali dwar il-projbizzjoni tagħhom fl-Irlanda. 

Riċerka Irlandiża wriet li l-adoloxxenti li jagħmlu użu minn e-cigarettes huma ħames darbiet aktar probabbli li jibdew ipejpu meta mqabbla ma’ dawk li ma jagħmlux dan. 

Sport