Saturday, May 4, 2024

Sentenza sospiża għal mara li refgħet idha fuq ħuha u laqtet lil ommha

Aqra wkoll

Mara ta’ 53 sena minn San Ġwann kienet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin wara li ammettiet li refgħet idejha fuq ħuha u laqtet lil ommha waqt argument fid-dar tal-ġenituri fiż-Żejtun.

Il-Prosekuzzjoni spjegat lill-Maġistrat Elaine Rizzo li nhar it-Tnejn li għadda daħal rapport ġewwa d-Domestic Violence Unit fejn raġel stqarr li kien inqala’ argument familjari bejn il-ġenituri tiegħu.

Waqt l-argument huwa qal li sema’ lil missieru jċempel lil oħtu u jgħidilha li kien qed isawtu.

L-imputata ġiet fir-residenza fejn tatu daqqa ġo ħalqu u kissritlu xi snien. Fl-inċident intlaqtet ommhom.

L-imputata stqarret mal-pulizija li kienet qiegħda tiddefendi lil missierha u li dan kemm-il darba ġie msawwat minn ħuha iżda qatt ma ried jirrapportah minħabba li ibnu jinsab fuq libertà proviżorja. 

Il-mara wieġbet ħatja għall-akkużi li kkaġunat ġrieħi gravi lil ħuha u ġrieħi ħfief lil ommha.

Il-Magistrat Elaine Rizzo sabitha ħatja u kkundannatha sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sherona Buhagiar. L-Avukat Amadeus Cachia deher għall-mara.

Sport