Chelsea jridu jagħmlu lill-midfielder internazzjonali Olandiż ta’ Barcelona, Frenkie De Jong, bħala l-prioritá tas-suq tat-trasferiment tas-sajf li ġej.
Il-Pensioners kienu wieħed mill-akbar clubs li nefqu fl-istorja tas-suq tat-trasferimenti Ewropej hekk kif f’Jannar li għadda neqfu aktar madwar £280 miljun fuq akkwisti ta’ players.
Il-bord diġà qed jippjana l-miri tiegħu għall-istaġun li ġej.
Dan il-player ta’ 25 sena huwa l-prijorità ta’ Todd Boehly għall-kampanja 2023-24. Madankollu, Chelsea jafu li mhux se jkun trasferiment faċli.
Għal din ir-raġuni, il-club minn Londra jrid iressaq offerta attraenti minħabba li hemm bosta clubs oħra jiġru wara l-firma tiegħu.