Monday, May 13, 2024

F’San Francisco: Raġel li baqa’ dieħel bil-karozza f’konsulat Ċiniż jinqatel mill-pulizija 

Aqra wkoll

Il-Pulizija f’San Francisco sparaw fuq raġel u qatluh wara li t-Tnejn li għadda baqa’ dieħel bil-karozza fil-konsulat Ċiniż. Stqarrija maħruġa mill-Pulizija qalet li r-raġel, li għadu mhux identifikat, inqatel wara li l-uffiċjali waslu fuq il-post. 

Filmat li ċċirkola online wera karozza Honda ta’ lewn blu wieqfa fil-lobby u għexieren ta’ nies jaħarbu mill-bini tal-konsulat. Fi stqarrija, il-konsulat ikkundanna dan l-inċident li fi kliemha kien ta’ “theddida serja” għas-sigurtà tal-istaff tagħha u ta’ nies oħra fuq il-post. 

Il-Pulizija qalet li għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident. Ritratti oħra wrew preżenza qawwija tal-pulizija fuq il-post. F’dan l-inċident ma jidher li weġġa’ ħadd mill-persuni li kienu fuq ġewwa tal-konsulat. 

San Francisco se tospita s-summit tal-koperazzjoni ekonomika bejn l-Ażja u l-Paċifiku matul ix-xahar id-dieħel bil-President Ċiniż Xi Jinping mistenni wkoll li jattendi. 

Sport