Sunday, May 5, 2024

Il-maġġorparti tal-ilmenti u r-rakkomandazzjonijiet dwar is-servizz tal-MPT ikunu relatati mal-frekwenzi tar-rotot

Investiment ta’ €20 miljun ewro … 30 karozza tal-linja elettrika ġdida u 410 vjaġġi aktar kuljum

Aqra wkoll

Bosta mill-ilmenti kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li jirċievu l-operaturi ta’ Transport Malta mingħand in-nies dwar is-servizz tat-trasport pubbliku, normalment ikunu relatati mal-frekwenzi tar-rotot.

Fisser dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Aaron Farrugia, fi tweġiba għal mistoqsija li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista, Graziella Attard Previ. 

Il-Ministru Farrugia żied jgħid li l-Gvern, flimkien mal-operatur, ħabbar investiment ta’ €20 miljun ewro biex inxtraw 30 karozza tal-linja elettrika ġdida li qed iwasslu għal żieda li tlaħħaq l-410 vjaġġi aktar kuljum fuq numru ta’ rotot li huma meqjusa importanti għall-konnettività. 

Sport