Monday, May 13, 2024

“Ftaħna l-attivitá billi tlabna għalik qalbi għax immisjajnik immens”

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Leanne illum kellna il-Beavers National Event. Nafu kemm kien ilek tipprepara għalih dan l-Event, u kemm kont tieħu gost tara l-beavers jifirħu, waqt l-attivitajiet. Għalina l-leaders illum kien l-ewwel event iebes mingħajrek, allavolja nafu li xorta kont magħna fl-ispirtu”.

Dan iddikjaratu Marica Chappell, waħda mil-leaders tal-Iscouts fir-Rabat, hekk kif fakkret il-memorja tal-għażiża Leanne, li wkoll kienet tmexxi fl-Iscouts tar-Rabat. Chappell kompliet tispjega li fetħu l-attivitá billi talbu għaliha.

Qalet ukoll; “Immissjajnik immens li ma kontx magħna. Il-ħin kollu insemmuk Leanne, u aħna nafu li inti xorta kont maghna, tieħu ħsiebna minn ħdejn il- Ħallieq”.

Temmet tgħid li simha se jibqgħu jsemmuh, specjalment fis-Section tal-beavers.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport