Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Equidrome, l-Avukat Matthew Brincat ħabbar ftehim ġdid ta’ 3 snin ma’ ALDB & Associates li huma kumpanija ewlenija f’pajjiżna li tipprovdi servizzi ta’ health and safety. Din il-kollaborazzjoni hija abbinata ma’ waħda mill-kompetizzjonijiet prinċipali tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta li hija t-Tazza Sette Giugno li se ssir nhar is-7 ta’ Ġunju li ġej.
Miftuħa għall-żwiemel tal-ogħla klassi, kien propju fl-2011 li saret l-ewwel edizzjoni u saret kull sena apparti fl-2020 minħabba r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija Covid19.
Grazzi għall-Fundatur u Managing Director ta’ ALDB & Associates Aldo Busuttil, din is-sena għal darb’oħra se jkun hemm żieda fil-premjijiet li se jitqassmu fil-finali fejn it-total ta’ €5100 li se jinqasam bejn l-ewwel erbgħa huwa kważi 28% aktar. Dan apparti t-trofej u r-rebbieħ jieħu għata kommemorattiva u ismu jitnaqqax fuq it-Tazza Sette Giugno. Kull finalist se jingħata wkoll numru tat-tluq personalizzat li jinżamm bħala tifkira.
Aktar kmieni llum, il-Malta Racing Club tellgħu l-polza tan-numri għat-tluq fil-finali.
- Elizir du Home
- Dunbar
- Infinite Knight
- Gambit Brodde
- Charming Soldier
- Lucky Guy Boko
- Panamera
- Viking’s Topline
- Akela Play
- Liam Dana
- Surf’N Turf
- Dandy de Godrel