Saturday, November 16, 2024

Ftehim bejn Stargate Studios u Sperasoft għal aktar eċċellenza fil-qasam tal-video games

Aqra wkoll

“L-industrija tal-video gaming f’pajjiżna qed tkompli tiżviluppa u qed twassal għall-kollaborazzjonijiet kbar f’dan is-settur.” Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri waqt żjara li għamel fi Stargate Studios fil-Mosta Technopark.

Stargate Studios Malta hija kumpanija  li jispeċjalizzaw fuq visual effects u sound effects fi produzzjonijiet televiżivi u ċinema. Jaħdmu ukoll b’sistema ta’ AI li qed twassal għal aktar effiċjenza f’dan il-qasam.

Waqt din iż-żjara Stargate Studios iffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni ma’ Sperasoft, kumpanija internazzjonali fil-qasam tal-video games li s-sena l-oħra fetħu studios f’pajjiżna. Dan il-ftehim se jwassal biex dawn iż-żewġ kumpaniji jaħdmu flimkien biex joffru prodotti ġodda tal-għola livell grafiku.  

“Fl-2018 nedejna l-istrateġija għall-industrija tal-video gaming u l-esports u fi ftit snin qed naraw din in-niċċa ekonomika ġdida tkompli tiżviluppa u tissaħħaħ fi xtutna u dan grazzi wkoll għall-entità bħal Gaming Malta li tattira aktar kumpaniji jersqu lejn pajjiżna u jiftħu studios hawnhekk. Għandna wkoll diversi skemi għal start-ups biex inwelldu talenti ġodda f’dan is-settur,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

Il-Ministru Schembri tkellem ukoll dwar l-importanza li nikkultivaw it-talent lokali f’dawn is-setturi u dan qed isir anke b’korsijiet fil-UNITY kemm fl-MCAST kif ukoll fl-Università ta’ Malta.

Ekonomija

Sport