Tuesday, June 30, 2026

Ftehim kollettiv ġdid għall-akkademiċi tal-Junior College

Aqra wkoll

L-unjin tal-għalliema (MUT) u l-Università ta’ Malta ffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-akkademiċi fil-Junior College. Il-ftehim ġie ffirmat mill-Uffiċjali u d-delegat tal-MUT u mir-Rettur tal-Universitali il-Prof. Alfred Vella, li dalwaqt se jtemm il-kariga tiegħu fl-Università ta’ Malta u l-President tal-Kunsill tal-Università, il-Perit Karmenu Vella.

Preżenti għall-iffirmar kien hemm fost oħrajn il-Ministru tal-Edukazzjoni, Byron Camilleri, ir-Rettur il-ġdid, il-Prof. Frank Bezzina, rappreżentanti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministtru u Uffiċjali tal-Università ta’ Malta.

Il-ftehim li jipprovdi kundizzjonijiet tax-xogħol u pakkett finanzjarju mtejba għall-akkademiċi, ġie approvat mill-maġġoranza assoluta tal-membri tal-MUT il-ġimgħa li għaddiet.

L-MUT qalet fi stqarrija li qed tħares ‘il quddiem lejn l-implimentazzjoni tal-ftehim, filwaqt li rringrazzjat lill-uffiċjali u lill-membri kollha involuti għall-appoġġ tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport