Saturday, July 25, 2026
Home Sport Fulham jirrifjutaw offerta ta’ Al-Hilal għal Alexander Mitrovic

Fulham jirrifjutaw offerta ta’ Al-Hilal għal Alexander Mitrovic

0
349

L-Arabja Sawdija baqa’ l-pajjiż protagonista f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf hekk kif Al Hilal xeħtu għajnejhom fuq l-attakkant prolifiku Serb Alexander Mitrovic. Dan tal-aħħar skorja 14-il gowl fl-aħħar staġun tiegħu ma’ Fulham u dan kollu ma ħarabx l-għajnejn tant attenti tad-diriġenti Għarab. Fil-fatt huma qed joffru s-somma ta’ €25 miljun għalkemm id-diriġenti ta’ Fulham irrifjutaw mal-ewwel din l-offerta.

Mitrovic għandu 28 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Partizan, Anderlecht u Newcastle United.