Il-proposta tal-PN hija xhieda ta’ partit li ma għandu l-ebda kredibbilta’ fil-qasam tal-enerġija. Waqt preżentazzjoni amateurish tal-PN, mal-ewwel ħarġu numru ta’ żbalji bażiċi.
Żbaljaw fuq l-ammont ta’ kemm se jiffrankaw mill-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-pannelli. Filfatt se jiffrankaw inqas min-nofs li qalu.
Qed jgħid li b’investiment ta’ €60 miljun ta’ darba, se jiffranka €30 miljun fis-sena, kull sena, għal dejjem. Kalkolu bażiku juri li l-ebda investiment ma jrendi daqshekk.
U fuq kollox anke li kieku għas-saħħa tal-argument wieħed jaċċetta dawn in-numri żbaljati, jigifieri li l-familji se jiffrankaw madwar €10 fix-xahar, dan ukoll ma jirrapreżentax 30% tal-kontijiet tan-nies.
Dalgħodu l-konfużjoni kompliet ukoll dwar is-sussidji. Waqt li dalghodu fuq l-istess mejda, Alex Borg qalilna li se jwessa s-sussidji. Sa ġimgħa ilu l-kelliem tal-finanzi tagħhom qal li se jneħħi s-sussidji u xorta jraħħas il-kontijiet. Waqt l-istess konferenza tal-istampa, il-kelliem tal-enerġija qal li se jnaqqas is-sussidji, waqt li Alex Borg qal li se jżommhom. Borg sa ftit ilu qal li s-sussidji huma “short-lived”.
Il-Partit Nazzjonalista ma għandu l-ebda kredibbilta’ fil-qasam tal-enerġija, meta huma l-istess nies li għollew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’rata rekord u kien waħħal fil-prezzijiet taż-żejt internazzjonali.
Il-Partit Laburista jinnota wkoll kif il-Partit Nazzjonalista ħalla barra lin-negozji minn dan is-suppost roħs li qed jipproponu.
Min-naħa l-oħra, Gvern Laburista għandu pjan kredibbli u joffri prezzijiet affordabbli kif dejjem taha l-Gvern Laburista mill-2013. Dan l-investiment li qed isemmi hu parti zghira, imma integrali, mill-pjan li qed nattwaw fl-energija, jigifieri xejn gdid. Bil-Partit Laburista in-nies għandhom garanzija ta’ stabbilta, u l-ebda dubju li r-roħs li tajna fil-kontijiet huma garantiti.
Mal-Partit Laburista n-nies jafu fejn qiegħdin u jafu fejn sejrin fil-qasam tal-enerġija.


