Wednesday, July 24, 2024

Futsal: Birżebbuġa St Peter’s Futsal jitilgħu fil-ħames post wara rebħa kbira

Aqra wkoll

Birżebbuġa St Peter’s Futsal telgħu fil-ħames post tal-klassifika tal-Enemed Futsal League wara li għelbu lil Sliema Futsal 9-0.

It-tim min-naħa t’isfel ta’ Malta kien determinat li jikseb it-tliet punti minn dan il-konfront u ħareġ mal-ewwel fuq l-attakk bis-Slimiżi li sabuha bi tqila jżommu mal-pass tal-avversarji.

Birżebbuġa kellhom lil Julien Bollard li kien awtur ta’ tliet gowls b’Denim Parnis, Sean Parnis, Dale Vella, Kieran Debono, Dylan Bonnici u Artem Mitielov li wkoll sabu x-xibka.

Referees kienu Andrea Naudi u Luca Formosa.

ŻRQ Bormla xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena 5-3.

Fil-fatt, iż-żgħażagħ Maltin dejjem żammew il-pass mal-avversarji ferm ikkwotati minnhom u qatt ma qatgħu qalbhom minkejja li ħarġu b’idejhom vojta minn dan il-konfront.

Jose Rodrigo da Silva skorja doppjetta għal ŻRQ Bormla filwaqt li Jovica Milijic, Karl Sciortino u Mohammed Elamari żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Brave Azzopardi kien awtur ta’ tripletta għaż-żgħażagħ Maltin.

Referees kienu Jude Amin Utulu u Marco La Rosa.

Marsaskala Futsal kisbu l-ewwel rebħa staġjonali wara li għelbu lil Gżira United Santa Margerita 17-1.

L-Iskalin kienu determinati li jiksbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun u ddominaw il-konfront mill-bidu sal-aħħar.

Pavlo Bekesha kien awtur ta’ sitt gowls, Amir Ashtiyani skorja erba’ gowls, Owen Duca tliet gowls u Zack Cocker kellu doppjetta personali. Ryan Pisani u Josef Balzan niżżlu wkoll isimhom fost l-iskorers.

Nazzareno Abela skorja l-uniku gowl għal Gżira United Santa Margerita.

Referees kienu Andrea Naudi u Danilo Francalanza.

KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE

University of Malta ACJ Group 24, Luxol St Andrew’s, ŻRQ Bormla 19, Swieqi United FC Futsal 15, Birżebbuġa St Peter’s 15, Ta’ Xbiex Futsal Izola Bank 12, Selezzjoni Maltija U19, Marsaskala Futsal 4,, Selezzjoni Maltija U18 3, Sliema Wanderers FC Futsal 2, Gżira United Santa Margherita 0

Ekonomija

Sport