Luxol St Andrew’s u Swieqi United kisbu rebħiet importanti fl-Enemed Futsal Premier League sabiex komplew iżommu l-ogħla pożizzjonijiet fil-klassifika.
Iċ-champions Luxol iddominaw il-konfront tagħhom kontra Ta’ Xbiex tant li rebħu 6-1.
It-tim immexxi minn Gabriel Dobre kien 4-0 minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima u kompla jamministra l-vantaġġ tiegħu fit-tieni taqsima.
Jhon Castro Pulido skorja tliet gowls filwaqt li Jefferson Breno sab ix-xibka darbtejn. Maicon għaqqad l-iskor għat-tim tiegħu.
Ta’ Xbiex naqqsu l-marġni grazzi għal gowl ta’ Sebastian Obando.
Referees kienu Danilo Francalanza u Marco La Rosa.
Swieqi United rebħu l-isfida ta’ Marsaskala Futsal Legends hekk kif rebħulhom 8-1.
Dylan Pace u Karl Luke Schembri skorjaw doppjetta kull wieħed b’Alexander Dominguez u Guillherme Fonseca li komplew mal-gowls ta’ sħabhom. Dale Valletta u Andrew Cachia kellhom l-isfortuna li jiskorjaw awtogowl.
L-uniku gowl ta’ Marsaskala wasal minn Jovica Milijic.
Referees kienu Sillah Al Hasana u Clint Cassar.