Wednesday, July 24, 2024

Futsal tan-Nisa: Mtarfa leaders assoluti wara rebħa tajba

Aqra wkoll

Mtarfa Futsal telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Women’s Futsal League wara li għelbu lil Lija Athletics B 4-1.

Kienet logħba li svolġiet ferm bilanċjata sal-ewwel taqsima, biż-żewġ timijiet li kienu viċin xulxin. Iżda fit-tieni taqsima, Mtarfa ħarġu tajjeb filwaqt li żiedu aktar gowls sabiex ħadu t-tliet punti finali.

Shania Spiteri kompliet tispira lit-tim tagħha hekk kif skorjat doppjetta filwaqt li Demi Magrin u Eliza Csik żiedu aktar gowls għall-Imtarfa.

Lized Romero skorjat l-uniku gowl għat-tieni tim ta’ Lija.

Referees kienu Andrea Naudi u Antonio Cassar.

Santa Margerita Futsal kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’dan l-istaġun wara skor pożittiv ta’ 4-3 kontra Swieqi.

Kienet logħba ferm sabiħa fejn ġew skorjati seba’ gowls iżda iktar minn hekk ir-riżultat baqa’ inċert sal-aħħar.

Santa Margerita kienu dejjem fil-vantaġġ iżda t-tim minn Swieqi dejjem baqa’ fil-logħba filwaqt li naqqas il-marġni tal-iskor.

Audrienne Chetcuti skorjat tliet gowls għal Santa Margerita filwaqt li Shakira Bugeja wkoll niżżlet isimha fost l-iskorers.

Swieqi baqgħu fil-logħba grazzi għall-gowls ta’ Janice Spiteri, Raya Prona u awtogowl ta’ Rowen Zahra.

Referees kienu Stephen Vella u Sillah Alhasana.

KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE

Mtarfa 10, Lija Athletics A, University of Malta ACJ Group 7, Lija Athletics B, Swieqi United 6, Santa Margerita Futsal 4, Parr Mela Rockets Futsal 0

Ekonomija

Sport