Monday, May 13, 2024

Veterani: Gżira U. u Birkirkara St Helen’s itemmu l-ewwel round fil-quċċata

Aqra wkoll

żira United u Birkirkara St Helen’s baqgħu jżommu l-quċċata tal-klassifika wara rebħiet importanti fi tmiem l-ewwel round tal-VMFA Cisk Premier League.

Gżira għelbu lil Rabat Veterans 6-4 f’logħba ferm kumbattuta.

Ian Zammit baqa’ konsistenti u saħħaħ postu fl-ewwel post tal-aqwa skorers meta skorja doppjetta filwaqt li Jonathan Pearson, Lydon Micallef, Gilbert Camilleri Lowell u Dino Cachia żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Rabat baqgħu fil-logħba b’żewġ gowls ta’ Darren Galea, Dylan Falzon u awtogowl.

Birkirkara għelbu lil Żurrieq Wolves 5-2 sabiex baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika. Il-Karkariżi kienu 1-0 minn taħt sa tmiem l-ewwel taqsima, iżda għarfu jġibu l-iskor indaqs u eventwalment idawru l-iskor favurihom.

Mario Camilleri poġġa lil Żurrieq minn fuq sabiex fit-tieni taqsima doppjetti ta’ Daniel Cremona u Malcolm Bugeja flimkien ma’ gowls ta’ Claudio Calleja dawru l-iskor għal Birkirkara.

Roderick Caruana żied gowl ieħor ta’ konsolazzjoni għal Wolves.

Luxol irritornaw għar-rebħ wara skor pożittiv ta’ 6-4 kontra Hibernians.

Kienet logħba ferm kumbattuta fejn kien biss fl-aħħar li t-tim minn St Andrew’s issiġġilla r-rebħa finali.

Michael Galea kien ta’ ispirazzjoni għal Luxol meta skorja erba’ gowls filwaqt li Manolito Micallef u Clayton Bonello żiedu iktar gowls għat-tim tagħhom.

Il-Pawlisti baqgħu fil-logħba wara gowls ta’ Jeffrey Chetcuti, Alan Tabone, Ilia Nazarov u Mauro Brincat.

Iċ-champions MFPA komplew jagħmlu progress meta għelbu lil Żejtun Red Stars 8-2.

Ir-riżultat qatt ma kien fid-dubju għal Malta Football Players Association li ddominaw din il-partita hekk kif kellhom lil Luke Cauchi jiskorja tripletta filwaqt li Aleksandar Ribic, Branko Nisevic, Carlo Mamo, Gareth Sciberras u Manuel Sevasta ukoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Il-gowl ta’ Żejtun ġew skorjati minn Mark Ellul u Nikolay Filipov.

KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE

Gżira United, Birkirkara St Helen’s 16, Hibernians 12, MFPA 11, Rabat Veterans, Luxol 10 , Żejtun Red Stars 6, Żurrieq Wolves 0

Sport