Wednesday, July 24, 2024

Galatasaray punt biss bogħod mit-titlu

Aqra wkoll

Galatasaray jonqoshom biss punt sabiex isiru champions tal-futbol Trok wara li rreġistraw t-18-il rebħa konsekuttiv. Fil-fatt fi tmiem din il-ġimgħa huma rebħu barra minn darhom lil Fatih Karagumruk 3-2 sabiex ġabru 99 punt tul l-istaġun twil tas-Super League Torka.

Ir-rivali tagħhom Fenerbache baqgħu b’tama ċkejkna li jisfidaw għat-titlu wara skor ta’ 3-0 kontra Sivasspor.

Sadanittant, Adana Demirsport, li magħhom jilgħab l-attakkant Taljan Mario Balotelli, iddiżappunta u tilef bl-iskor kbir ta’ 6-1 kontra Gaziantep.

Ekonomija

Sport