Wednesday, July 24, 2024

Milan iridu b’self lil Manuel Ugarte

Aqra wkoll

Milan jinsabu interessati li jieħdu b’self lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Urugwajan Manuel Ugarte. Dan tal-aħħar hu reġistrat ma’ Paris St Germain iżda f’dawn l-aħħar ġimgħat ftit sab post fil-formazzjoni tal-kowċ Luis Enrique.

Ugarte jrid iktar ċertezza li jilgħab fl-ewwel ħdax sabiex ma jitlifx postu minn mat-tim nazzjonali Urugwajan.

Milan diġa’ kellhom kuntatt mal-aġent tiegħu Jorge Mendes u l-idea hi proprju li jieħdu b’self lil dan il-plejer minn Lulju ‘l hemm.

Ekonomija

Sport