Wednesday, July 24, 2024

Il-Popolari Ewropej jirrifjutaw li jiffirmaw dikjarazzjoni favur id-demokrazija

Aqra wkoll

Il-mexxejja tal-Partiti Politiċi fil-Parlament Ewropew, b’eċċezzjoni għall-EPP ta’ Roberta Metsola u David Casa, iffirmaw dikjarazzjoni ta’ koaliżjoni li tirrifjuta li tinnormalizza l-kooperazzjoni jew alleanzi ma’ pajjiżi lemin estrem jew gruppi b’influwenzi radikali.

Dan qaluh il-kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-Partit Laburista fejn sostnew li din id-dikjarazzjoni hi waħda bażika li titkellem fuq id-dinjita, il-liberta, is-saltna tad-dritt, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem inkluż il-protezzjoni ta’ nies ġejjin mill-minoritajiet.

Din id-dikjarazzjoni twieldet wara li membru tal-Parlament Ewropew safa aggredit għal raġunijiet politiċi minn erba’ żgħażagħ. Saret ukoll wara inċidenti fi Stokkolma, Spanja u l-Belġju minn attivisti tal-lemin estrem, inkluż każijiet ta’ diżinformazzjoni, agressjonijiet u hate speech madwar diversi pajjiżi.

Il-kandidat Alex Agius Saliba saħaq li l-Grupp Popolari Ewropew, partikolarment “Weber, bħal sħabu Busuttil, Metsola u Casa, ma jinbidlux. Jippriedkaw ħaġa imma jagħmlu oħra għaliex l-unika ħaġa li jimpurtahom minnha hi li jiggranfaw mal-poter. Għaliex għall-popolari u għal Roberta Metsola, il-valuri bażiċi japplikaw biss biex jiġi attakkat pajjiżna, iżda meta tkun diskussjoni fuq livell Ewropew jew tirrigwardja lill-Popolari, dawn ma jgħoddux.”

Il-kandidata Marija Sara Vella Gafa` semmiet kif fi Brussell, l-għanijiet tal-Partit Nazzjonalista huma biss għall-avvanz personali tagħhom u biex jattakkaw il-Gvern.

“Aħna dħalna għal din il-kampanja elettorali nitkellmu fuq kif irridu nagħtu s-saħħa lill-Maltin fl-istituzzjonijiet Ewropej. Ħaddieħor mhux talli għadu ma lissinx kelma waħda li hi waħda dwar dan, talli rrifjuta kif spjega l-kollega Alex milli jiffirma din id-dikjarazzjoni bażika li titratta d-dinjita` tal-bniedem… Aħna se nibqgħu nfittxu l-interessi ta’ Malta.”

Ekonomija

Sport