Thursday, March 28, 2024

Ġappuniża tfittex għad-danni lid-donatur li taqqalha wara li gidbilha

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Titlob kumpens ta’ €2.5 miljuni għal ħsara emozzjonali… it-tarbija tingħata lill-Istat

Każ li spiċċa fil-qorti Ġappuniża huwa dak ta’ ċittadina lokali li qiegħda tfittex miljuni ta’ ewro f’danni fil-konfront tad-donatur tal-isperma li taqqalha wara li din skopriet li gidbilha dwar l-istatut ċivili tiegħu, l-edukazzjoni li ħa, kif ukoll l-etniċità tiegħu.

Il-mara ta’ 30 sena minn Tokyo qalet li hija u r-raġel tagħha riedu li jkollhom it-tieni tarbija tagħhom iżda kienu nkwetati ferm meta saru jafu li r-raġel għandu kundizzjoni ereditarja. Wara li ddeċidew li jirrikorru għal donatur ta’ sperma, il-koppja sabu raġel fuq il-midja soċjali li qal li għandu fuq l-20 sena, li ggradwa fl-aqwa università tal-post u li huwa single. Wara li kellu x’jaqsam mal-mara 10 darbiet, hija fl-aħħar ħarġet tqila. Dan kien Ġunju tal-2019.

Ġara li fit-tqala din il-mara skopriet li d-donatur kien fil-fatt miżżewweġ u li qatt m’attenda l-università ta’ Kyoto kif kien qalilhom li għamel. Wara t-twelid tat-tarbija inkwistjoni, il-mara u r-raġel iddeċidew li ma jridux iżommu lit-tarbija u din tal-aħħar ngħatat lil ċentru għall-kura tat-tfal f’Tokyo .

Il-mara li fetħet il-kawża akkużat lid-donatur b’ingann u informazzjoni qarrieqa ħalli jkollu x’jaqsam magħha. Issa hija qiegħda titlob kumpens ta’ madwar €2.5 miljuni għall-ħsara emozzjonali li sofriet.

Taħt il-liġi “għad-dritt tal-informazzjoni” Ġappuniża, il-wild ta’ donaturi tal-isperma għandhom dritt legali li jidenditifikaw liż-żewġ ġenituri bijoloġiċi tagħhom. Minħabba li hemm ħafna donaturi li jridu jibqgħu anonimi, fil-Ġappun saret diffiċli ħafna li persuna fil-bżonn issib donatur tal-isperma.

F’dan il-pajjiż, aktar koppji qegħdin jirrikorru għall-midja soċjali biex isibu donaturi tal-isperma u aktar minn 10,000 tfal huma rrapportati li twieldu bl-involviment ta’ terzi persuni. 

Ekonomija

Sport