Thursday, December 26, 2024

“Ġejna vaganza u spiċċajna agħar minn Malta”

- Malti li flimkien mal-familja tiegħu qegħdin vaganza Katanja

Aqra wkoll

“Ġejna vaganza u spiċċajna agħar minn Malta.” Dawn kienu l-kummenti ta’ raġel li flimkien mal-familja tiegħu marru vaganza fil-belt ta’ Katanja fi Sqallija.

Hu kompla jgħid lil dan is-sit li s-sitwazzjoni hija waħda gravi ħafna fil-belt hekk kif minbarra s-sħana tremenda li qed taħkem id-dawl qed jinqata’ kontinwament tant li għal sigħat sħaħ kellhom jibqgħu fil-lukanda jew inkella fil-karozza li krew aktar qabel.

“Id-dawl f’Katanja qed imur kontinwament… ġranet sħaħ bla dawl. Il-problema hija li minħabba s-sħana issa qed ikun hemm nuqqas ta’ ilma wkoll u għalhekk hu ferm diffiċli biex tibqa’ hawn,” stqarr il-Malti.

Hu qal li ftit wara li waslu Sqallija ħa n-nar ta’ Katanja u huma bil-ħsieb li jirritoranw lura lejn pajjiżna nhar il-Ħamis li ġej.

Intant, il-Ministru tal-Protezzjoni Ċivili Taljan Nello Musumeci fl-aħħar sigħat kien qiegħed fil-belt ta’ Katanja biex jipparteċipa f’laqgħa. Din il-laqgħa saret wara li skont kif qed jiġri rraportat fil-midja Taljana għal ġranet sħaħa din il-belt ma kienx hemm dawk kif ukoll hemm nuqqas kbir ta’ ilma.

Il-Gvern Taljan qed jitlob lill-poplu Taljan b’mod partikolari Sqalli biex il-pubbliku jikkopera mal-awtoritajiet biex kemm jista’ jkun inaqqsu l-użu tal-enerġija fid-djar privati “biex jiġi evitat aktar qtugħ ta’ dawl li biex jingħata lura qed jieħu diversi sigħat.”

Ekonomija

Sport