Friday, May 3, 2024

“Għad fadalli xi sorpriżi… ninsab ħerqana għat-tieni prova”

Aqra wkoll

Il-kantanta Emma Muscat, li bħalissa tinsab l-Italja biex tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision, qalet li ħassitha komda u kuntenta ħafna bl-ewwel prova tagħha.

Għal dawk kollha li qed isegwu l-vjaġġ tagħha hija qalet li għad hemm xi sorpriżi u tinsab ħerqana għat-tieni prova.

Emma qalet dan waqt li kienet qed tiġi intervistata fuq l-istazzjon nazzjonali dalgħodu fejn tkellmet dwar dawn l-aħħar jumejn fl-Italja.

Dwar dan, hija qalet li dawn il-jiem kienu impenjattivi ħafna u ħadmu biex jagħmlu promozzjoni mill-aqwa lil Malta.

Fl-aħħar sigħat hija tkellmet dwar il-fatt li marret Milan għax kellha żewġ affarijiet importanti ħafna.

Fl-ewwel prova tagħha ta’ jumejn ilu, wieħed seta’ jara lill-kantanta ssaħħar l-arena bil-vuċi tagħha filwaqt li kienet akkumpanjata minn erba’ żeffiena. Hija mistennija tagħmel it-tieni prova tagħha għada għall-ħabta tas-2.00p.m.

Sport