L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) qal li l-verdett li bih Yorgen Fenech instab mhux ħati taż-żewġ Kapi t’Akkuża miġjuba kontrih għandu jiġi rispettat bis-sħiħ bħala r-riżultat tal-proċess ġudizzjarju. “Madanakollu, dan ma jfissirx li l-IĠM mhuwiex diżappuntat bir-riżultat,” intqal fi stqarrija.
L-IĠM qal li l-verdett ma jagħlaqx il-każ għalihom u lanqas għal min segwa l-istorja ta’ Daphne Caruana Galizia matul dawn l-aħħar disa’ snin. “Għadna nistennew il-ġustizzja – ġustizzja sħiħa, xejn inqas. U qed nistennew x’se jiġri wara din l-investigazzjoni,” qal l-IĠM.


