L-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi tħabbar li l-miżura dwar ir-rekwiżit tal-awditjar applikabbli għall-koperattivi għal finijiet ta’ taxxa se tidħol fis-seħħ mis-sena 2026.
Din il-miżura hija maħsuba biex tallinja l-obbligi taż-żamma tar-rekords u tal-awditjar għallfinijiet tat-taxxa mal-qafas regolatorju applikabbli li jirregola l-koperattivi. Il-miżura se tiżgura li, fejn il-liġi li tirregola l-koperattivi ma tirrikjedix awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, rekwiżit ekwivalenti ta’ awditjar l-anqas ma japplika għall-finijiet ta’ taxxa.
Din il-miżura hija parti mill-programm tal-Gvern u tagħmel parti mill-ħidma kontinwa talAmministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana, li qed issir sabiex jiġu mnaqqsa l-piżijiet amministrattivi, filwaqt li jinżamm qafas effettiv u proporzjonat għall-osservanza tat-taxxa.
Għal aktar informazzjoni, wieħed għandu jikkuntattja freephone 153


