Friday, July 17, 2026
Home Lifestyle “Għal xi wħud jista’ ma jfisser xejn ħlief ritratt, għalija jfisser ħafna”

“Għal xi wħud jista’ ma jfisser xejn ħlief ritratt, għalija jfisser ħafna”

Fotografu Malti nominat għall-premju tal-aqwa fotografu tas-sena f'Londra

0
251

“Għal xi wħud jista’ ma jfisser xejn ħlief ritratt, għalija jfisser ħafna”. Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-fotografu Malti Mario Vassallo hekk kif ingħata l-aħbar li kien ġie nominat minn panel ta’ ġurija għall-premju ‘Photographer of The Year 2023’ f’ċerimonja li se tittella’ f’Londra fid-19 ta’ Jannar li ġej. 

Din is-sena l-ġurija nnominat bejn tlieta u ħames ritratti f’kull kategorija u minn fosthom se jkun qiegħed jintgħażel rebbieħ wieħed.

Il-fotografu Malti jinsab nominat fil-kategorija tat-tiġijiet b’ritratt mimli emozzjonijiet imħallta filwaqt li l-attenzjoni tibqa’ fuq l-għarus.

Jekk kemm il-darba Vassallo jirnexxielu jikseb l-ewwel post fil-kategorija tiegħu, huwa awtomatikament jidħol fiċ-ċans għal unur ieħor tal-aqwa fotografu tas-sena fejn se jkunu qegħdin jingħataw l-ewwel, it-tieni u t-tielet post b’kompetizzjoni b’saħħitha ta’ fotografi rinomati internazzjonalment.

“Kif jgħidu, dejjem ibqa’ b’rasek merfgħuha u xi darba tasal. Għalija din diġà hija ħolma li saret realtà”, temm il-fotografu Malti.