L-artiklu li qed nwasslilkom illum jittratta propju attivita li se ssir ġewwa pajjiżna minn hawn u ftit ġimgħat oħra, matul l-istaġun tas-sajf. Propju pajjiżna ntagħżel sabiex jorganizza l-EuroPride ta’ din is-sena.
Dan l-avveniment għandu jagħmilna kburin u jagħtina viżjoni ta’ poplu matur, poplu nklussiv, fejn qegħdin nuru lid-dinja li Malta mhux ittolerat li persuna tkun diskriminata minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħha. U dan nistqarru b’wiċċi minn quddiem, li jiena waħda mill-ħafna li nappoġġja u li naghmel kuragg lil min jinsab f’sitwazzjoni fejn jibża jew iħossu skomdu jikxef l-identita’ sesswali tiegħu.
Jeħtieġ li nuru l-vera mħabba bejnietna billi kulħadd iħalli lil ħaddieħor jgħix fil-liberta ul-kuntentizza tiegħu. Ftit tax-xhur ilu tnieda l-programm tal-Europride 2023, dan huwa avveniment internazzjonali li fih niċċelebraw id-diversità kif ukoll l-ugwaljanza. Dan l-avveniment se jkun mifrux fuq għaxar t’ijiem u se jibda mis-7 ta’ Settembru jibqa sejjer sas-16 ta’ Settembru, 2023.
Għal dan l-avveniment mistenni li jżuru pajjiżna eluf ta’turisti minn madwar id-dinja sabiex flimkien niccelebraw bl-isbaħ mod possibli. Bhalha tema ntagħżlet il-frażi ta’ ‘’Ugwaljanza mill-Qalb’’, messaġġ illi b’mod ġenwin għandu jqarreb lil kulħadd flimkien, fejn kulħadd għandu jħossu aċċettat u li kulħadd għandu dritt fundamentali li jgħix f’serenita. Sfortunatament dan il-messaġġ ma’ jeżistix kullimkien, għad hawn diversi pajjiżi li mhumiex tolleranti fejn jidħol dan l-aspett, u bosta persuni jgħixu f’biża u b’identita moħbija. Dan kollu fis-sena li ninsabu fiha huwa inaċċetabbli u jmiss lilna lkoll li nwasslu dan il-messsaġġ ta’ mħabba u tolleranza fost il-popli.
Huwa mportanti li fil-ħajja nħallu lil kulħadd jagħmel dak li jkun kuntent bih hu, din hija l-vera tolleranza, din hija l-vera inklużjoni u dan huwa l-vera sinifikat tal-kelma mħabba. Ma jfissirx għax nipprattikaw it-twemmin tagħna bl-aħjar mod possibli nkunu qegħdin niksbu l-premju etern. Dak li nagħmlu ma’ xulxin u l-mod ta’ kif nittrattaw lil xulxin bl-imgieba huwa dak li jagħmilma persuna tajba.
Infakkar li kien Partit Laburista fil-Gvern li fetah il-bibien berah fejn jidhlu d-drittijiet civili. Kulhadd ghandu dritt li jizzewweg u li jkollu familja. Kont wahda minn dawk li nghid li la wasalna s’ hawn, ghalfejn ghandna nibqghu niccelebraw id-drittijiet tal persuni LGBTIQ+ jekk f’ pajjizna inhossu li m’ ghandu jkun hemm ebda differenza fid-drittijiet? Li niccelebraw u nfakkru minn xiex ghaddejna biex ikollna drittijiet civili ugwali ghal kulhadd huwa important hafna.
Għad hawn wisq pajjizi fejn dawn id-drittijiet ghadhom ma sehhewx jew sahansitra sejrin lura bhalma qed jigri fil-pajjiz gar taghna li hija l-Italja.Irrid nghid ukoll li persuni LGBTIQ+ huma kapaci jkunu genituri bhall haddiehor. Fejn tidhol specjalment l-addozzjoni wiehed irid ihares lejn il-kapacita tal-persuna li jkun genitur u mhux lejn l-orjentazzjoni sesswali.
Għalkemm min hawn insellem lis-sorijiet li jagħmlu ħafna sabiex irabbu tfal li ghal xi raguni jew ohra ma jistghux jitrabbew fil-familja taghhom, ir-ricerka turi li jkun ahjar ghat-tfal li jitrabbew f’ambitu ta’ familja.
Nerġa ndur għal din l-attivita fejn apparti kollox dan se jkun reklam kbir għal pajjiżna, għaldaqstant għandu jkun avvenniment li jgħaqqad. Fost l-attivitajiet se jiġi organizzat hemm il-Europride March fis-16 ta’ Settembru madwar it-toroq tal-Belt li jigi fi tmiemu fuq il-Fosos, ġewwa l-Floriana, fejn il-mistiedna prinċipali se tkun il-kantanta ta’ fama internazzjonali Christina Aguillera.
Ser issir ukoll konferenza internazzjonali bejn it-13 u l-15 ta’ Settembru fejn ser jigu diskussi suggetti bhall-istigma, id-drittijiet u l-inkluzjoni. Dawn ser ikunu okkazjonijiet li jiena qegħda nistennihom bil-ħerqa, biex inkomplu nixprunaw politika li ticcelebra u thoss il-bzonn tad-diversita fosta.
Din hija l-fehma tal-Partit Laburista li jien nagħmel parti minnu. Ta’ min isemmi li din ir-rebħa ġewwa pajjiżna bdiet snin ilu, meta kien propju l-Moviment Laburista li jemmen f’kulħadd u jħares l-interessi ta’ kull wieħed u waħda minnha, li ntroduċa dan kollu fejn tidħol l-ugwaljanza sesswali.
Għaldaqstant inħeġġeġ lilkom lkoll sabiex minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra tkunu parti minn din il-festa ta’ mħabba ġewwa pajjiżna. Festa li għandha tgħaqqadna sabiex lkoll ngħixu f’komunita inklussiva, komunita li tkun ta’ eżempju għal ħaddieħor.