Saturday, May 4, 2024

“Għalkemm għaddejjin minn żmien diffiċli, il-ġenituri tiegħi xorta jqisuna familja ffortunata”

Jasmine’s Journey, f’għeluq is-sena u nofs taċ-ċkejkna Jasmine

Aqra wkoll

Meta l-bniedem ikun għaddej minn żmien kemxejn diffiċli, għandu t-tendenza li jara l-affarijiet minn lenti mċajpra; donnu jaħseb li jinsab waħdu u li m’għandu xejn tajjeb f’ħajtu. Huwa f’dan iż-żmien partikolari li rridu nfittxu dawk it-tentufiet kollha li jimlew lil qalbna bil-ferħ sabiex ir-rota ta’ ħajjitna tibqa’ ddur u timxi fid-direzzjoni li nixtiquha.

Stefanie u Anthony Grech, ġenituri ta’ tifla b’kundizzjoni newroloġika sa mit-twelid, ċertament li qed jadottaw dan il-prinċipju f’ħajjithom, hekk kif għalkemm f’xi mument jew ieħor jiftakru mil-liema sfidi jgħaddu ta’ kuljum sabiex jilħqu l-miri mixtieqa għal binthom, ta’ spiss jirriċerkaw dwar terapiji differenti li minnhom tista’ tibbenefika ċ-ċkejkna Jasmine. Fosthom, f’intervista li għamel magħhom dan is-sit f’April li għadda, kienu semmewilna l-ABM – terapija li tiffoka fuq li persuna titgħallem tagħmel movimenti żgħar; movimenti li qabel il-moħħ ma kienx jinduna bihom u li bis-saħħa ta’ din it-terapija jiġu iktar movimenti li għandhom skop fl-aħħar mill-aħħar.

“Għalkemm għaddejjin minn żmien diffiċli, il-ġenituri tiegħi xorta jqisuna familja ffortunata,” kitbu l-ġenituri ta’ Jasmine f’isem binthom li lbieraħ għalqet sena u nofs.

Jasmine bħalissa qed tattendi għal diversi sessjonijiet ta’ terapiji f’pajjiżna, u f’Settembru li ġej flimkien mal-ġenituri tagħha se tqatta’ madwar 40 jum fil-Messiku sabiex tirċievi trattament mediku bil-għan li maż-żmien tkun tista’ tgħix ħajja indipendenti.

Sport