“Kif wegħdna l-Gvern qiegħed jinvesti fis-setturi tas-sigurtà. Investiment bla preċedent għal kundizzjonijiet aħjar, introduzzjoni ta’ rwoli ġodda, pagi aħjar, kif ukoll drittijiet oħra”.
Din hija r-reazzjoni tal-POU-GWU għall-baġit 2024 fejn f’kumment li taw lil dan iis-sit, saħqu li għall-ewwel darba l-pensjoni tal-Pulizija mhux se tibqa’ ffriżata. Barra minnhekk, din il-unjin qalet li grazzi għall-miżuri mħabbra l-ġimgħa l-oħra, se jingħataw pensjonijiet lir-romol u hemm bidu ta’ aktar ħidma fejn wieħed jista’ jirranġa aktar ‘il quddiem.
Aċċennaw għal-fatt li kompliet tissaħħaħ ukoll l-iskwadra domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru tal-Korp tal-Pulizija.
Il-POU-GWU temmu jgħidu li, “sodisfatti ħafna li ftit ilu wasalna għal ftehim settorjali ġdid biex jitjiebu l-kundizzjonijiet u l-paġi tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, bil-Pulizija nfushom japprovaw il-ftehim il-ġdid wara taħdidiet bejniettna l-unjins”.