“Qtilt lil ommi u lil missieri”

- Allegatament John Cassar jammetti mal-Pulizija

Aqra wkoll

John Cassar bħalissa qiegħed jiġi mixli bil-qtil ta’ ommu kif ukoll l-attentat ta’ qtil ta’ missieru.

Il-Prosekuzzjoni qalet li waqt video call li l-pulizija kellhom ma’ Cassar qabel ma ġie arrestat qal li dan kien jidher aġitat ħafna u anke beda jsaħħan sustanza fuq biċċa foil.

L-akkużat qallu li seta’ jgħidlu kollox għax kien hu li qatel lil ommu u lil missisru. Hu anke rrakkontra dak li kien għaddej minnu.

Il-Prosekuzzjoni qalet li Cassar ħareġ minn jeddu mir-residenza fejn kien jinsab għall-ħabta tal-4.36.

Cassar allegatament kellu pistola u anke ammont ta’ droga fuqu.

Waqt l-eżami li sar lill-akkużat, filwaqt li stqarr li jaf dwar xiex qiegħed jiġi akkużat, John Cassar wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Il-Maġistrat Nadia Vella staqsiet lill-imputat fejn jaħdem u hawn wieġeb li jaħdem għal rasu.

Meta ġie mistoqsi hekk ommu u missieru għadhomx ħajjin, l-akkużat wieħed li kienu ħajjin.

L-akkużat baqa’ jinżamm arrestat.

L-akkużat ġie assistit minn avukat tal-għajnuna legali.Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kurt Zahra u Kayleigh Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Aktar kmieni: Jitressaq il-Qorti John Cassar mixli bil-qtil ta’ ommu

John Cassar, ta’ 47 sena mis-Siġġiewi, tressaq il-Qorti fejn ġie mixli bil-qtil ta’ ommu Mary Grace ta’ 72 sena.

Huwa ġie mixli wkoll bl-attentat ta’ qtil ta’ missieru Ġanni ta’ 74 sena li għadu rikoverat l-Isptar Mater Dei, iżda jinsab f’qagħda stabbli

L-allegat aggressur kien iddaħal l-isptar ftit tal-ħin wara li ġie arrestat mir-residenza tiegħu stess. Sorsi qrib dan is-sit qalulna li fil-ħin li ġie arrestat, Cassar kien taħt l-influwenza qawwija tad-droga.

Ommu kienet instabet maqtula fil-kċina waqt li żewġha nstab ferut fuq barra tad-dar.

Jirriżulta li l-omiċidju seħħ waqt argument familjari.

Cassar jiġi ħu Roderick Cassar, ir-raġel li qed jiskonta piena ta’ 40 sena ħabs wara li ammetta li qatel lil martu Bernice Cilia.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport