Sunday, May 19, 2024

Multa ta’ €2,000 għal sid ta’ kjosk li ma ħarġitx irċevuta tal-VAT

Aqra wkoll

Sid ta’ kjosk f’Wied il-Għajn kienet immultata €2,000 talli ma ħarġitx irċevuta tal-VAT.

Maria Camilleri, ta’ 51 sena miż-Żejtun, tressqet il-Qorti wara spezzjoni li kienet saret mill-uffiċjali tad-Dipartiment tal-VAT fit-22 ta’ Awwissu 2021. 

Hija kienet akkużata li bħala l-persuna reġistrata mal-Kummissarju tat-Taxxi naqset milli toħroġ irċevuta fiskali jew tassigura li l-impjegati tagħha jagħmlu dan.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, Camilleri wieġbet ħatja tal-akkużi kollha miġjuba kontriha u kienet immultata €2,000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sarah Magri.

Sport