Monday, May 13, 2024

Għall-ewwel darba l-World Aquatics Men’s U16 Water Polo Championships se jsiru f’Malta

Aqra wkoll

Bejn it-18 u l-24 ta’ Ġunju li ġej, Malta se terġa’ tkun iċ-ċentru ta’ kampjonat dinji ieħor meta pajjiżna se jospita għall-ewwel darba l-World Aquatics Men’s U16 Water Polo Championships. Dan kien ikkonfermat waqt ċerimonja li saret aktar kmieni llum, f’Doha, il-Qatar, li matulha telgħu wkoll il-poloz ta’ dan il-kampjonat. Din l-edizzjoni se ssir f’format ġdid u fiha se jipparteċipaw aktar timijiet mill-edizzjonijiet ta’ qabel, 32 pajjiż, b’19-il team mill-Ewropa, 3 mill-Afrika, 3 mill-Asja, 2 mill-Oċeanja u 5 mill-Kontinent Amerikan.

Iċ-ċerimonja nfetħet mill-President tal-World Aquatics Husain Al-Musallam u mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Il-Ministru Clifton Grima qal, “Bħala pajjiż għandna nkunu kburin li f’temp ta’ ftit xhur, Malta se terġa’ tospita kampjonat prestiġjuż ieħor u għalhekk f’Ġunju li ġej mhux biss se nilqgħu fostna sportivi minn 32 pajjiż, imma se nospitaw l-akbar avveniment akwatiku li qatt sar f’Malta. Dan huwa legat tal-investiment li pajjiżna għamel kemm fil-faċilitajiet kif ukoll fl-atleti nfushom kif ukoll riżultat ta’ diversi kompetizzjonijiet internazzjonali li pajjiżna ospita b’suċċess fosthom l-Ispecial Olympics, avvenimenti tal-UEFA kif ukoll il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li minbarra suċċess fuq livell organizzattiv kellna wkoll suċċessi sportivi bla preċedenti.”

“Dan huwa mument storiku għax-xena sportiva Maltija li permezz tiegħu qed inkomplu ngħollu l-profil ta’ pajjiżna u qed nuru wkoll il-fiduċja li tgawdi Malta biex torganizza u tospita kompetizzjonijiet ta’ dan il-livell”, tenna l-Ministru Grima.

Huwa semma wkoll li dan se jkun avveniment fuq skala kbira għaliex flimkien mat-timijiet tal-water polo se jiġu Malta delegazzjonijiet, kowċis, assistenti tekniċi u l-familji tagħhom. “B’hekk għal darb’oħra l-isport se jikkontribwixxi għat-turiżmu sportiv kif ukoll għall-ekonomija ta’ pajjiżna,” temm jgħid il-Ministru Grima.

Qabel ma telgħu l-poloz, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta’ Malta (ASA), Karl Izzo, tkellem dwar l-importanza ta’ dan il-kampjonat. Huwa qal li din il-kompetizzjoni mhux biss turi l-prominenza globali tal-isport imma għandha wkoll importanza speċjali għal Malta.

“Dan il-kampjonat se jenfasizza r-rwol ta’ Malta bħala pajjiż li jospita kompetizzjonijiet ta’ livell għoli filwaqt li jsaħħaħ ħbiberiji internazzjonali. L-ASA għandha rwol ċentrali fl-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ dan l-avveniment prestiġjuż, li għal pajjiżna se jkun esperjenza unika li tgħaqqad l-isfond kulturali rikk tal-gżira mal-eċitament ta’ kompetizzjoni internazzjonali”, qal il-President tal-ASA.

Fil-Qatar, il-Ministru Clifton Grima u l-President tal-ASA Karl Izzo kellhom laqgħat kemm mal-President tal-World Aquatics Husain Al-Musallam, il-President tal-European Aquatics Antonio Silva, u mal-1st Vice President tal-European Aquatics Josip Varvodic, li matulhom kienu diskussa l-World Aquatics Men’s U16 Water Polo Championships, il-Final 4 Champions League li se jsiru pajjiżna, il-possibbiltà ta’ aktar kollaborazzjoni fejn jidħlu kampjonati sportivi akwatiċi u r-relazzjonijiet tajbin li hemm bejn il-World Aquatics, European Aquatics u l-ASA.

Sport