Monday, April 29, 2024

“Għall-Kap tal-PN, l-inkjesta pubblika hija sors ta’ gimmicks politiċi”- Il-PL

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista, kien qal li għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-inkjesta pubblika hija sors ta’ gimmicks politiċi. B’kuntrast, il-Gvern se jibqa’ jġib ir-riformi fis-settur tal-kostruzzjoni.

Dan qalitu l-Partit Laburista fi stqarija, fejn sostna li dan kollu qed iseħħ, biex jipprovaw jiġġustifikaw it-talba mhux flokha, bla ebda loġika u mhux ġustifikata tagħhom biex jirriżenjaw tliet Ministri tal-Gvern. Xi ħaġa li l-inkjesta ma qalet imkien.

Fl-istess stqarija kien hemm miktub; “Mhux biss l-inkjesta ma qalet imkien li għandhom jirriżenjaw dawn il-Ministri, iżda iktar minn hekk l-istess Ministri kienu strumentali biex fid-dekasteri fdati lilhom iġibu bidliet importanti”

Hija qalet ukoll li l-Partit Nazzjonalista messu jgħid, li dan il-Gvern kien strumentali biex bidliet li qatt ma saru fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, anke jekk saħansitra kienu diġà suġġeriti, inbdew u se jissoktaw b’iktar saħħa minn dan il-Gvern hekk kif jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika.

Sport