Wednesday, April 24, 2024

“Għall-vjolenza m’hemmx ġustifikazzjoni” – il-Ministru Michael Falzon

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt il-konferenza li tat bidu għal 16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, fejn fiha tkellmet ukoll Jade Cini, vittma tal-vjolenza domestika, tkellem ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali u s-Solidarjetà, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Micahel Falzon. Fil-messaġġ tiegħu l-Ministru Falzon qal li ħadd m’għandu jibża’ jsemma’ leħnu “għax il-vuċi hija l-għodda li tista’ toħroġna minn din il-problema”.

Filwaqt li qal li lil hinn minn dawn is-16-il jum, il-ħidma kontra l-vjolenza domestika trid tkompli fejn kulħadd jista’ jgħin billi b’eżempju u influwenza ta’ mħabba, nagħmlu d-differenza meħtieġa.

YouTube video

Il-Ministru Falzon qal li sfortunatament din hija problema soċjali li ma tistax tħares lejha waħidha, li hija sfida ta’ kuljum li hemm bżonn nibdew inħarsu wkoll lejn l-aspett emozzjonali għax il-ħsara hija kbira u tweġġa’. 

Huwa żied jgħid li sfortunatament qiegħed ikun hemm il-problema li l-vjolenza tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra fejn issib anke tliet ġenerazzjonijiet. Hawnhekk il-Ministru Falzon semma’ kif ġieli jkun hemm sitwazzjonijiet fejn meta persuna m’hiex tajba għal man-nies, din għandha tinqala’ u mhux tinqala’ l-vittma. Dan bħalma beda jsir fil-każi tat-tfal. Fi tmiem l-intervent tiegħu, b’ton sod, il-Ministru Falzon qal li “għall-vjolenza m’hemmmx ġustifikazzjoni”.

Sport