Saturday, December 21, 2024

Għalliema Amerikana tax-xjenza arrestata talli laqqmet student ta’ 17-il sena

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għalliema tal-iskola fi New York, mingħajr kwalifiki mediċi formali, ġiet arrestata talli allegatament tat tilqima tal-Covid-19 lil student. 

Uffiċjali tal-Pulizija qalet li Laura Russo tat id-doża fid-dar tagħha minkejja li ma kellha l-ebda awtorizzazzjoni legali biex tagħti t-tilqim jew kunsens mill-ġenituri tat-tifel. 

Russo, ta’ 54 sena, li tgħallem il-bijoloġija, ġiet arrestata lejlet l-Ewwel tas-Sena u tista’ taffaċċja sa erba’ snin ħabs jekk tinstab ħatja. Qed ikun irrapportat li t-tifel ta’ 17-il sena li ried jieħu l-vaċċin. 

L-injezzjonijiet jistgħu jkunu perikolużi jekk jingħataw ħażin. It-tobba u l-ħaddiema mediċi liċenzjati jridu jivverifikaw il-vaċċin mhuwiex falsifikat jew skadut. Il-pazjenti għandhom ukoll jiġu mistoqsija dwar l-istorja medika tagħhom u jaraw x’reazzjoni jkun hemm wara t-tilqima. 

Il-Pulizija qalet li mhuwiex ċar kif Russo kisbet l-allegat vaċċin tal-Covid, jew ta’ liema ditta hi. Bħalissa, it-tilqima tal-Pfizer hi l-unika waħda awtorizzata għall-Amerikani taħt it-18-il sena. 

Ekonomija

Sport