Tuesday, April 30, 2024

“Għattejt il-katavru ta’ ibni b’kutra biex ma jikluhx il-klieb” – Iryna Kostenko

Aqra wkoll

Iryna Kostenko, mara Ukrena, sabet il-katavru ta’ binha u kellha tidfnu fil-ġnien tad-dar tagħha. Hi tkompli ssemmi li ma difnitux f’tebut u li għattiet il-katavru ta’ binha b’kutra sabiex ma jmorrux jikluh il-klieb.

Iryna rrakkuntat dan kollu waqt filmat li kien involut fih Jeremy Bowen. Jeremy iltaqa’ ma’ Iryna Kostenko — omm li sabet lil binha l-waħdieni maqtul mis-suldati Russi. Iryna, b’qalbha maqsuma rrakkuntat kif f’dak il-jum li nqatel binha fl-età ta’ 27 sena suppost li kien qed jagħmel xi xogħol fil-garaxx. 

Hekk kif il-forzi Ukreni reġgħu bdew jiksbu kontroll ta’ wħud miż-żoni li jinsabu qrib Kyiv, l-Ukreni qed jirrappurtaw is-sejbiet ta’ mijiet ta’ katavri u oqbra fil-belt ta’ Bucha. Propju f’Bucha u fiż-żoni tal-madwar, il-BBC ġibdu numru ta’ filmati biex juru kif kienu jinsabu t-toroq wara t-tluq tar-Russi nhar il-Ġimgħa li għadda. 

Sport