Monday, December 9, 2024

Għawdex jibki t-telfa ta’ Kate – tarbija ta’ sena

Aqra wkoll

“B’sogħba kbira naqsmu magħkom l-aħbar li t-tarbija prezjuża tagħna Kate ħalliet din id-dinja.” Hekk kitbet qariba tat-tarbija fuq il-midja soċjali b’mijiet ta’ persuni jikkummentaw u juru s-sogħba tagħhom.

“Illum, eżatt ta’ sena, ħallitna… ħalliet vojt kbir li ħadd u xejn ma jista’ jimla. Kate ġabet magħha mħabbar u ferħ f’ħajjitna fi ftit żmien li għamlet ħajja. Id-daħka, l-innoċenza, u l-ispirtu ferrieħi tagħha se jibqa’ f’qalbna għal dejjem,” kitbet qariba tat-tifla.

Għada l-Ħamis se ssir ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Kate fil-Knisja Arċipretali fin-Nadur fl-4.00pm. Kulħadd hu mħeġġeġ biex jilbes l-abjad.

Waqt din iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajja se jkunu qegħdin jinġabru donazzjoni b’risq il-Fondazzjoni Arka.

Dan is-sit iwassal il-kondoljanzi lill-ġenituri tagħha f’dawn il-mumenti diffiċli.

Ekonomija

Sport