Tuesday, May 14, 2024

Għawdxi mmultat €400 għax ried juża l-kamra tal-banju waqt inżul ta’ ajruplan

Aqra wkoll

Passiġġier fuq ajruplan ġie mħarrek €400 multa talli injora l-ordni tal-membri tal-ekwipaġġ u prova juża l-kamra tal-banju meta l-ajruplan waqt l-inżul li ipperikola l-ajruplan, li hedded u m’obdiex ordni tal-membri tal-ekwipaġġ kif ukoll li għamel dan waqt li kien taħt l-influwenza tal-alkohol.

Skont dak li xehdet l-Ispettur Roxanne Tabone li mexxiet il-prosekuzzjoni, l-Għawdxi ried juża l-kamra tal-banju waqt li l-ajruplan li kien qed jivvjaġġa fuqu kien beda l-inżul tiegħu. Hu kien passiġġier fuq titjira li kienet ġejja minn Manchester fir-Renju Unit.

Il-membri tal-ekwipaġġ bdew jitolbuh biex jaqfel iċ-ċinturin tas-sigurtà, iżda hu baqa’ jirrifjuta li jagħmel dan. Jirriżulta wkoll li r-raġel kien fis-sakra minħabba li kkonsma ħafna vodka qabel u waqt it-titjira. Hu baqa’ jinsisti li għandu jitħalla jmur fil-kamra tal-banju għax skont hu kien baqalu ħafna l-ajruplan biex jinżel Malta.

Minħabba l-paniku li qajjem, il-membri tal-ekwipaġġ kellhom jinformaw lill-pulizija biex hekk kif wasal Malta ġie arrestat.

L-akkużat ċaħda l-akkużi kontrih, filwaqt li l-avukat difensur qalet li hu qiegħed jiskuża ruħu ta’ dak li wettaq u ma kienx konxju bil-gravità tas-sitwazzjoni. L-avukata qalet lil Qorti li f’każ ta’ ħtija l-multa għandu jingħata ċ-ċans biex iħallasa minħabba li se jiżżewweġ tliet ġimgħat oħrajn.

Kien għalhekk li l-Qorti wara li sabitu ħati mmultatu €400, filwaqt li tatu permess li jħallas din il-multa fuq perjodu ta’ tliet xhur mil-lum.

Sport