Saturday, May 4, 2024

It-tifsira tal-Purċissjoni s-Sewda fil-Birgu tmur lura għal mijiet ta’ snin

Jirrakonta l-oriġini tal-purċissjoni, George Augis riċerkatur tal-Istorja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Purċissjoni s-Sewda bdiet propju fis-seklu sbatax. Din oriġinarjament bdiet mill-Knisja tal-Karmnu li kien hemm fix-xatt tal-Birgu fl-Erbgħa tal-Ġimgħa l-Kbira filgħaxija. Dan hekk kif billejl kienet toħroġ il-purċissjoni b’kurċifiss li kien jintrefa b’mod mindud.

Dan intqal mir-riċerkatur tal-Istorja George Aguis, fejn f’intervista li kellu ma’ talk.mt spjega kif il-purċissjoni s-sewda kienet tissejjaħ hekk minħabba l-fatt li kienet toħroġ billejl u li dak iż-żmien ma kienx hawn dawl daqs kemm għandna llum. Irrimarka kif qabel din kienet tkun iffurmata l-iktar mill-iskjavi u mill-qaddiefa li dak iż-żmieni kienu jilbsu lbies iswed.

Irrakonta kif dawn l-iskjavi li kienu jaqdfu fuq ix-xwieni ħafna mid-drabi kien ikollhom il-ktajjen u jmorru fejn imorru kienu jridu jġorruhom magħhom. Rigward dan, Aguis żied jgħid li għal din il-purċissjoni kienu jmorru bil-ktajjen. Il-ktajjeb apparti milli kienu jagħmlu ħafna ħsejjes, kienu wkoll xi ħaġa ta’ tbatija għalihom biex jimxu biha.

Ir-riċerkatur qal ukoll li l-ktajjen ma kienux xi ħaġa ta’ Malta biss. Jekk wieħed imur Spanja jew postijiet oħra, din tista’ tiġi innutata wkoll. Spjega li matul iż-żmien ix-xatt tal-Birgu ma baqax mat-tluq tal-Kavallieri u mal-miġja tal-Franċiżi. Għalkemm il-Birgu baqa bħala belt marittima, ovvjament l-opri tal-baħar inbidlu u l-knisja tal-Karmnu il-funzjoni li kellha bhala l-knisja tal-baħħara, ma baqgħetx daqshekk qawwija u waqqfu kollox anki l-purċissjonijiet.

Meta mistoqsi dwar jekk sarux xi tibdiliet min dakinhar lil hawn , ir-riċerkatur qal li riċentament fl-2019 il-Parroċċa tal-Birgu bdiet l-eżerċizzji. Hija bdiet tara x’inhuma l-affarijiet u t-tradizzjonijiet marbutin mal-Ġimgħa l-Kbira li jmorru lura ħafna snin u li kellhom punt b’saħħtu fil-Birgu. Aguis qal li l-istess parroċċa, bdiet tara ukoll x’tista’ tqajjem mill-ġdid minn dawk illi forsi maż-żmien mietu jew naqsu. Ġie innutat kemm mill-pubbliku u kif ukoll mill-Ġirbin sabiex terġgħa ssir il-purċissjoni s-sewda.

B’kuntrast ma’ kif kienet tinħareġ fil-passat, issa qegħda tinħareġ mill-oratorju tal-fratellanza tal-Kurċifiss li tinsab fil-Birgu stess. Dan minħabba li hemm kurċifiss u vara tad-duluri mlibbsa stil Spanjol illi dawn joħorġu numru ta’ fratelli.

Rigward il-purċissjoni s-sewda ta’ din is-sena, George qal li saru numru ta’ ilbies iswed biex joqorbu lejn dak li kien isir oriġinarjament. Matul il-ġurnata tal-Erbgħa fil-kappella li hemm fil-palazz tal-Inkwiżitur tqiegħdet relikwarju tal-passjoni li fih madwar għoxrin relikwa u anke biċċa mis-salib ta’ Kristu, flimkien ma’ pittura tal-miġja ta’ Kristu.

Ir-riċerkatur tal-Istorja żied jgħid li dan ir-relikwarju fil-ġurnata tal-Erbgħa ikun espost fil-palazz tal-Inkwiżitur b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta. Huwa mistenni li l-purċissjoni s-Sewda ta’ din is-sena, mistennija tasal quddiem il-Palazz tal-Inkwiżitur, fejn is-saċerdoti flimkien mal-fratelli u Kavellieri se jidħlu għar-relikwarju u joħorġuh fit-toroq tal-Birgu.

Temm jgħid li din is-sena fil-knisja tal-Lunzjata, fil-Birgu inzerta hemm l-inkwatru mirakoluż ta’ Ġesu Nazzarenu mgħejun mill-knisja tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema, li se mar-relikwarju, mal-kurċifiss li jinżamm mindud u anke mal-vara tad-duluri li għandha stil Spanjol.

Sport