Wara s-suċċess enormi miksub fl-aħħar snin permezz ta’ kunċerti spettakolari minn artisti internazzjonali bħal Zucchero, Gipsy Kings, Ronan Keating, Marco Masini, UB40 u ħafna oħrajn, l-Għaxaq Music Festival qed jerġa’ jirritorna b’edizzjoni oħra akbar u aktar spettakolari minn qatt qabel! U biex nagħtu bidu għal din l-edizzjoni straordinarja, qed inħabbru l-ewwel headliner tagħna…
Ricchi e Poveri, il-grupp leġġendarju Taljan li rebaħ il-qlub ta’ miljuni madwar id-dinja! Il-grupp se jkun qed itellgha kuncert, parti mil World Tour, f’Malta nhar it-Tlieta 21 ta’ Lulju 2026 fil-Ghaxaq Grounds, għal lejl mimli nostalġija, enerġija u mużika li għadha tgħaqqad ġenerazzjonijiet sħaħ!
🎶 IKONI TAL-MUŻIKA ITALJANA F’MALTA! 🎶
B’aktar minn 22 miljun diska mibjugħa u 30 album maħruġa matul il-karriera tagħhom, Ricchi e Poveri huma wieħed mill-aktar gruppi Taljani magħrufa u maħbuba madwar id-dinja.
Fl-aħħar snin, il-grupp reġa’ kiseb suċċess straordinarju bil-kanzunetta “Ma non tutta la vita,” li daħlet fit-Top 10 ta’ Spotify Italia, Amazon Music u iTunes, filwaqt li saret waħda mill-aktar kanzunetti mismugħa fl-Italja fuq il-pjattaformi diġitali ewlenin. Il-kanzunetta ġabret aktar minn 50 miljun stream fl-Italja biss u għenet lill-grupp jaqbeż diversi drabi t-8 miljun semmiegħ fix-xahar fuq Spotify.
Il-video mużikali uffiċjali tal-kanzunetta qabeż is-36 miljun view fuq YouTube, daħal fit-Top 10 tal-aktar videos mużikali segwiti fl-Italja u sar wieħed mill-akbar suċċessi ta’ VEVO Italia matul is-sena. Barra minn hekk, il-kanzunetta saret fenomenu virali fuq TikTok, fejn kienet it-tieni l-aktar kanzunetta użata fl-Italja għal aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi, b’aktar minn 400,000 kreazzjoni u aktar minn 720 miljun view globali.
Tul il-karriera tagħhom, Ricchi e Poveri pparteċipaw diversi drabi fil-Festival di Sanremo u rrappreżentaw lill-Italja f’kompetizzjonijiet internazzjonali prestiġjużi, fejn komplew isaħħu l-popolarità tagħhom madwar id-dinja. Il-mużika tagħhom kompliet tgħaqqad ġenerazzjonijiet differenti u għadha sal-lum simbolu ta’ festa, ferħ u nostalġija Taljana.
🎤 LEJL TA’ SUĊĊESSI LI MA JINTESIEX! 🎤
Dan l-ispettaklu se jieħu lill-pubbliku fuq vjaġġ mużikali ta’ aktar minn 50 sena ta’ karriera, mill-akbar klassiċi tal-grupp sas-suċċessi moderni tagħhom “Ma non tutta la vita” u “Aria.” Se jkun spettaklu mimli kuluri, enerġija u emozzjoni fejn il-passat u l-preżent jingħaqdu flimkien permezz ta’ repertorju ta’ suċċessi li għadhom jintgħoġbu minn miljuni ta’ nies madwar id-dinja.
Matul il-lejla, Ricchi e Poveri se jwasslu fuq il-palk kanzunetti emblematiċi bħal “La prima cosa bella,” “Che sarà,” “Mamma Maria,” “Voulez Vous Danser,” “Se m’innamoro,” “Come Vorrei,” “Made in Italy,” u naturalment “Sarà perché ti amo,” il-kanzunetta ikonika li saret anthem internazzjonali u soundtrack ta’ diversi manifestazzjonijiet u timijiet sportivi madwar id-dinja. Il-kanzunetta ġabret aktar minn 320 miljun stream globalment u fl-2024 kisbet Double Platinum fil-Ġermanja u Quadruple Platinum fl-Iżvizzera, b’aktar minn 250 miljun stream.
Fuq l-istage, Angelo u Angela se jkunu akkumpanjati minn banda live eċċezzjonali magħmula minn Antonio Rugiero fuq il-kitarri, Roberto Chiappetta fuq il-bass, Alfredo Biondo fuq it-tastieri u Gianpaolo Noce fuq id-drums, biex iwasslu spettaklu live ta’ livell internazzjonali.
Bi produzzjoni spettakolari, atmosfera ta’ festa u repertorju li għadu jgħix fil-qlub tal-partitarji ta’ kull età, dan il-kunċert wiegħed li jkun wieħed mill-akbar avvenimenti tas-sajf f’Malta u wieħed mill-aktar appuntamenti mistennija tal-Ghaxaq Music Festival 2026.
🎟️ BILJETTI GĦALL-BEJGĦ DALWAQT! 🎟️
Aktar dettalji dwar il-biljetti u l-bejgħ uffiċjali se jitħabbru fil-jiem li ġejjin. Segwu is-sit socjali tal-festival https://www.facebook.com/ghaxaqmusicfestival
📍 Biljetti minn : www.showshappening.com
Għaxaq Music Festival
L-Għaxaq Musical Festival huwa organizzat b’kburija mill-Għaqda Muzikali Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq u jsir taħt il-patroċinju tal-Ministru għall-Kultura u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.

