“Għażiż tiegħi nhar it-Tnejn niġu nagħtuk l-aħħar tislima kif jixraqlek”. Iddikjarat dan il-maħbuba ta’ Joseph Ellul; ir-raġel li t-Tlieta li għadda kien involut f’inċident fatali fil-Marsa.
Ellul se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei fis-2:00 p.m.
Aktar kmieni l-kumpanija WasteServ ħabbret li b’turija ta’ rispett lejn il-vittma, kif ukoll il-familja tiegħu, il-faċilitajiet kollha tagħha se jkunu qegħdin jingħalqu sabiex il-kollegi tiegħu jkunu jistgħu jagħtuh l-aħħar tislima li tixraqlu.
Intant sa minn ftit ħin wara li nxterdet din l-aħbar, bosta approvaw din id-deċiżjoni u kkonfermaw li se jkunu preżenti biex isellmulu fil-knisja li tant kien iħobb.